The helpline is closed from 23-26 December and 31 December-1 January.

  1. 20-22 December: 9am-8pm
  2. 27-30 December: 10am-4pm weekdays; 10am-1pm weekend

We will respond to client enquiries during these hours but it may take us longer than 48 hours to respond. We will re-open fully on 2 January 2024.

Skip to main content Skip to footer

Ikkuntattjana

Jekk għandek bżonn l-għajnuna tagħna, tista’ ċċemplilna, tibgħatilna email, jew timla l-formola fuq din il-paġna. Qabel ma tikkuntattjana, jekk jogħġbok aqra l-paġna tagħna Sib l-għajnuna.

l-linja tat-telefon tagħna hi mmexxija mill-voluntiera u m’huwiex dejjem possibli li nwieġbuk minnufih. Meta ċċempel, jekk jogħġbok ħallilna voicemail bin-numru tat-telefon tiegħek u għidilna li qed iċċempel minn Malta. Aħna nċemplulek lura f’temp ta’ jumejn

Biex iċċempel minn Malta

27 780 991

Biex tibgħatilna email

info@asn.org.uk

Formola għal kuntatt kunfidenzjali

Jekk qed tinkwieta li xi ħadd jista’ jiċċekjalek l-emails, tista’ tikkuntattjana billi timla l-formola li tinsab hawn taħt. Din il-formola ma tħalli ebda kopja fis-sent folder ta’ l-email tiegħek. Meta timla l-formola, jekk jogħġbok inkludi ismek jew l-inizjali tiegħek, il-messaġġ tiegħek, u numru tat-telefon jew email fejn nistgħu nikkuntattjawk.

  • This field is for validation purposes and should be left unchanged.

Għandek xi mistoqsija li m’hijiex urġenti?

Għandek xi mistoqsija ġenerali dwar Abortion Support Network? Inti donatur u tixtieq tikellem magħna? Ibgħat email fuq mara@asn.org.uk 

Tixtieq tiġbor fondi għal ASN? Ibgħat email fuq fundraising@asn.org.uk  

Jekk għandek interess f’li tagħmel xi xogħol volontarju għal ASN, jekk jogħġbok ara din il-paġna. 

Domandi mingħand ġurnalisti

Jekk jogħġbok ikkuntattja lil Mara Clarke fuq mara@asn.org.uk jew + 44 (0) 07754 550545